• Home
  • Secondary Home
  • College Profile
  • College Staff
  • College Calendar
  • College Policies
  • College Subject Area
  • ECDL Area
  • College Gallery
  • Contact Us
  • Links
  • Past Papers
  • Go to Primary Page

Latest News





 

Laqgha mas-Sur Simon Bartolo

Ftit qabel ma bdejna l-vaganzi tal-Milied, kellna l-unur li nilqghu maghna lis-Sur Simon Bartolo, wiehed mill-kittieba tat-trilogija Sqaq l-Infern, Wied Wirdien u Gnien tad-Dmugh.

Is-Sur Simon Bartolo li jghix barra minn Malta, gie Malta flimkien mal-kittieba l-ohra Loranne Vella, biex jifthu l-ftuh tal-bejgh tal-ahhar ktieb, Gnien tad-Dmugh, ta’ din it-trilogija li saret daqshekk popolari.

Sfortunatament is-Sinjorina Loranne Vella kellha terga’ tmur lura Lussenburgu u allura gie jzurna s-Sur Simon Bartolo wahdu.  Il-laqgha kienet ghall-istudenti tar-raba’ sena tas-sekondarja.  Il-bicca l-kbira taghhom kienu diga’ qraw l-ewwel zewg kotba tat-trilogija u kienu qed jistennew b’entuzjazmu kbir l-ahhar ktieb.

Is-Sur Simon Bartolo li huwa ex student tal-iskola Santu Wistin, ha gost ferm jerga’ jgedded il-memorji tieghu ta’ meta kien student huwa u jkellem lill-istudenti.  Il-kittieb qara silta mill-ahhar ktieb u l-istudenti kollha baqghu msahhrin attenti jisimghu din l-istorja hekk avventuruza u misterjuza.  Wara l-laqgha kien hemm bejgh ta’ dawn il-kotba u s-Sur Simon Bartolo ffirma l-kopji lill-istudenti.

Grazzi Simon u Loranne talli ktibtu dawn it-tliet kotba li tant intoghogbu mill-istudenti ta’ din l-iskola.  Bhala l-librara ta’ din l-iskola nista’ nikkonferma li ghalkemm hemm erba’ kopji ta’ kull ktieb ta’ din it-trilogija fil-librerija tal-iskola, dawn il-kotba qatt ma sabu posthom fuq l-ixkaffi tal-librerija ghax dejjem mislufin lill-istudenti!
 
Back to Latest News