|
Aħna t-tfal ta’ din l-iskola, hawn aħna
miġburin
Nitgħallmu u nilagħbu daqqa bravi u mqarbin
Meta dħalna f’din l-iskola minn xulxin konna
mgerrxin
Iżda għaddiet biss ġimgħa waħda sirna lkoll
nafu ‘l xulxin.
L-iskola mhix il-bini pitazzi kotba u bankijiet
L-anqas mhi xi uniformi jew ħafna eżamijiet
L-iskola hija aħna b’dak li nġorru
minn ġod-dar
L-iskola hi ħidmietna biex nibnu
dinja aħjar.
Aħna lkoll irridu nagħrfu, it-tajjeb mill-ħazin.
Ma nagħmlux bħal dawk li jneħħu minn ħajjithom
it-tagħlim
Nippruvaw nagħtu eżempju dejjem
tajjeb, mill-aħjar
Isem Malta ‘l fuq ngħollu għaliex
tagħna hija d-dar.
L-iskola mhix il-bini pitazzi kotba u bankijiet
L-anqas mhi xi uniformi jew ħafna eżamijiet
L-iskola hija aħna b’dak li nġorru
minn ġod-dar
L-iskola hi ħidmietna biex nibnu
dinja aħjar.
lyrics: Peppi
Azzopardi
music: Fr.
Raymond Francalanza O.S.A.
|