A Historical Note

School Ethos

The College Emblem

Admissions

Partnership

General Procedures

Communication

Academic Progress

Enrichment

College Hymn

The College Hymn


 

Aħna t-tfal ta’ din l-iskola, hawn aħna miġburin

Nitgħallmu u nilagħbu daqqa bravi u mqarbin

Meta dħalna f’din l-iskola minn xulxin konna mgerrxin

Iżda għaddiet biss ġimgħa waħda sirna lkoll nafu ‘l xulxin.

 

L-iskola mhix il-bini pitazzi kotba u bankijiet

L-anqas mhi xi uniformi jew ħafna eżamijiet

L-iskola hija aħna b’dak li nġorru minn ġod-dar

L-iskola hi ħidmietna biex nibnu dinja aħjar.

         

Aħna lkoll irridu nagħrfu, it-tajjeb mill-ħazin.

Ma nagħmlux bħal dawk li jneħħu minn ħajjithom it-tagħlim

Nippruvaw nagħtu eżempju dejjem tajjeb, mill-aħjar

Isem Malta ‘l fuq ngħollu għaliex tagħna hija d-dar.

 

L-iskola mhix il-bini pitazzi kotba u bankijiet

L-anqas mhi xi uniformi jew ħafna eżamijiet

L-iskola hija aħna b’dak li nġorru minn ġod-dar

L-iskola hi ħidmietna biex nibnu dinja aħjar.

 

lyrics: Peppi Azzopardi

 music: Fr. Raymond Francalanza O.S.A.

Contact Us

last updated

Friday 2 December 2005